Din il-ġimgħa 150 priġunier fil-Faċilita Forettiva ta’ Kordin bdew jitkellmu u jaraw lil qraba tagħhom b’mod virtwali permezz ta’ skype.
Minħabba l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna, it-tmexxija tal-ħabs waqfet iż-żjarat tal-qraba tal-priġunieri bħala mezz ta’ prekawzzjoni biex jiġi evitat li l-virus jidħol fil-ħabs.
Id-direttur tal-ħabs il-Kurunell Alexander Dalli qal li ħa din id-deċiżjoni biex il-priġunieri jikkomunikaw mal-qraba tagħhom permezz tat-telephone, u jarawhom permezz ta’ skype.
“Ridna nużaw it-teknoloġija biex il-priġunieri jitkellmu mal-qraba tagħhom. Għamilna l-bidliet neċessarji sabiex ikunu jistgħu jaraw lil qraba tagħhom.”
Il-Kurunell Dalli qal li ħa din id-deċizzjon għax f’dan iż-żmien ta’ sifda hu kemxejn diffiċli u fehem li kienet diffiċli li l-priġunieri ma jarawx lil qraba tagħhom.
“Ħabs post partikolari. Il-priġunieri titiħidlu l-libertà imma mhux id-dinjità. U jien nemmen fiha li jibqgħu jkollhom kuntatt mal-qraba tagħhom.”