Fl-ewwel kwart tas-sena il-prezzijiet tad-djar fil-pajjiżi Ewropej żdiedu bl-akbar ammont sa mill-2007, skont statistika maħruġa mill-EUROSTAT, dan jindika prospetti tajbin f’dan is-suq.
Fil-fatt il-prezzijiet tad-djar raw żieda ta’ 5.8% fiż-żona Ewro meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2020, fil-bidu tal-pandemija.
F’Ċipru, il-prezzijiet tad-djar naqsu bi 5.8%, u l-Lussemburgu, id-Danimarka, il-Litwanja u l-Olanda kollha raw żieda qawwija fil-prezzijiet tad-djar ta’ aktar minn 10%.
Meta wieħed iqabbel dan kollu maċ-ċifri ta’ bejn Settemrbu u Diċmebru tal-2020, f’Malta l-prezzijiet naqsu b’1.6% meta l-medja fiż-żona ewro rat żieda ta’ 1.3%.
L-Estonja, d-Danimarka u Litwanja raw żieda fil-prezzijiet fl-aħħar xhur tal-2020, bl-Estonja tara l-akbar żieda ta’ 6.6% f’dan il-perjodu.