Fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern, minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju l-prezz tal-petrol u d-diesel se jorħos b’seba’ ċenteżmi għal kull litru.
Dan huwa l-ikbar tnaqqis f’daqqa li qatt sar fil-prezzijiet tal-fjuwil.
Din il-miżura se tiswa seba’ miljun ewro.
F’dan l-ikbar tnaqqis li qatt sar, il-prezz tal-petrol se jonqos għal €1.34 għal kull litru, u l-prezz tad-diesel se jonqos għal €1.21 għal kull litru.
Issa li tneħħew ir-restrizzjonijiet u n-nies qed jerġgħu joħorġu u jkomplu bir-rutina tagħhom, il-Gvern iddeċieda li jraħħas il-prezzijiet tal-fjuwil.