Ir-rata ta’ inflazzjoni fir-Renju Unit f’Settembru li għadda telgħat għal 10.1, żieda ta’ 0.2% mix-xahar ta’ qabel. Il-Bank of England wissa li din is-sena l-inflazzjoni fir-Renju Unit tista’ titla’ sa 13%.
Iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel huwa l-fattur ewlieni taż-żieda f’din ir-rata, fil-fatt, il-prezzijiet qed jiżdiedu bl-aktar rata mgħaġġla fl-aħħar 40 sena.
Intant, b’reazzjoni għal dak li ħabbar l-Uffiċċju tal-Istatistika tar-Renju Unit, il-kelliem għall-Intrapriżi tal-Partit Laburista Ingliż qal li kawża tal-Gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, ir-Renju Unit qed jaffaċċja sfidi ekonomiċi. Żied jgħid li l-Gvern Brittaniku m’għandux pjan għal din ir-realtà fiż-żieda fil-prezzijiet illi se jkomplu jħossuha ċ-ċittadini fir-Renju Unit meta jixtru affarijiet bażiċi.
Ritratt: Getty Images