Mas-sit Brittaniku tal-aħbarijiet, BBC, ekonomista qal li l-prezz tal-banana madwar id-dinja se jogħla minħabba t-tibdil fil-klima.
L-ekonomista Pascal Liu spjega ma’ dan is-sit internazzjoanli kif l-impatt klimatiku qed ipoġġi theddida serja fuq il-provvista tal-banana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa tkellem mal-BBC hekk kif illum se jsir il-Forum Dinji tal-Banana f’Ruma. Hawnhekk se jkunu diskussi l-isfidi dwar din il-frotta tant popolari.
Ġie spjegat kif iż-żieda estrema fit-temperatura gloabli taffettwa l-produzzjoni ta’ din il-frotta, minħabba s-sensittivita li hemm biex din titkabbar u sabiex tiġi esportata, primarjament minn pajjiżi tal-Amerika t’Isfel.