Netflix mistennija jgħollu l-prezzijiet f’diversi pajjiżi hekk kif fl-aħħar xhur tas-sena 2024 żdiedu bi kważi 19-il miljun l-abbonati fuq is-sit tagħhom.
Il-kumpanija iddikjarat li kienet se żżid il-prezz tal-abbonament fl-Istati Uniti, Kanada, Arġentina u l-Portugall sabiex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar.
Huma qalu li n-numri aktar minn dawk mistennija kienu mgħejjuna mit-tieni serje tad-drama mill-Korea t’Isfel ‘Squid Game’ kif ukoll il-logħba boxing bejn l-influencer Jake Paul u l-eks champion tad-dinja fil-heavyweight Mike Tyson.
L-aħħar darba li Netflix għollex il-prezzijiet fl-Istati Uniti kien f’Ottubru 2023 meta dakinhar kienu għolew ukoll fir-Renju Unit.