Sophie Elise kellha biss 20 sena meta ħadet id-deċiżjoni li tkabbar il-warrani. Il-blogger u preżentattriċi Norveġiża li tiddeskrivi lilha nnifisha bħala mara rqiqa u petita, qalet li kulma riedet kien li tgħolli ftit il-warrani tagħha.
Wara riċerka li għamlet fuq l-internet, hija ddeċidiet li tagħmel il-proċedura magħrufa bħala BBL jew aħjar Brazilian Butt Lift.
F’intervista li kellha fuq Radio 1 Newsbeat, Sophie qalet li għamlet dan l-intervent fit-Turkija fi klinika speċjalizzata bi prezz li setgħet tiflaħ għalih. Iżda ħames snin wara dan l-intervent se jkollha tħallas prezz qares biex tneħħi l-implants li poġġiet fil-warrani. Qalet li bħala persuna pubblika kienu bosta li bdew jikkummentawlha li l-warrani mhux jidher naturali u li ma kienx jaqbel ma’ ġisimha.
“Illum qed nagħraf li ma kellhiex għax nagħmel dan l-intervent. Kollox sar ta’ malajr u issa nista’ ngħid li ma ħsibtx dwar sew.”
It-tfajla ta’ 24 sena għażlet li tagħmel implants tas-silicone flok il-proċedura tal-BBL. Hija qalet li ma kinitx imħassba dwar dan l-intervent, minkejja t-twissijiet li għamlulha.
Dawn ix-xorta ta’ operazzjoni fil-warrani kienu kritikati minn bosta fl-aħħar snin, l-iktar wara l-mewt ta’ żewġ nisa Ingliżi li marru t-Turkija s-sena li għaddiet biex ikabbru l-warrani.
Sophie qalet li wara l-operazzjoni kienet miġugħa ħafna iżda qalet li huwa llum li qed tħabbat wiċċha mar-riperkussjonijiet tad-deċiżjonijiet tagħha. Hija qalet li issa qed tirrealizza li għandhom “ġisimha sabiħ” u isa trid tneħħi l-implant.
Hija żiedet tgħid li għall-kuntrarju ta’ dak li għamlet qabel, fittxet għajnuna professjonali u mhux kif għamlet qablet minn influencers fuq Instagram. Hija żiedet tgħid li ma tistax tneħħihom għalkollox, iżda trid tibdilhom b’oħrajn ġodda iżda iżgħar.