L-Imħallef Giovanni Grixti appella lill-leġislatur sabiex ikun hemm emendi fil-liġi tal-preskrizzjoni b’rabta ma’ reati ta’ abbuż sesswali fuq minorenni. Dan l-appell seħħ waqt l-għoti tas-sentenza lil raġel li ġie lliberat minn akkużi relatati ma’ korruzzjoni ta’ minuri minħabba li skada l-perjodu ta’ preskrizzjoni. Il-każ imur lura għall-elf disa mija sebgħa u disgħin meta t-tifla kien għad kellha biss għaxar snin.
Fil-Qorti ngħad li kien hemm aktar minn episodju wieħed- fosthom li r-raġel neża l-malja fil-preżenza tat-tifla minħabba li kellu irritazzjoni f’ġismu kif ukoll drabi li l-istess imputat miss lit-tifla b’mod mux xieraq waqt li kienet bil-ħwejjeġ fuqha- fejn saħansitra anke libsilha għamad.
Malli t-tifla għalqet l-eta tagħha hija rrappurtat lir-raġel madankollu, madankollu, l-perjodu ta’ preskrizzjoni ntemm fl-elfejn u sebgħa u għalhekk il-każ kellu jaqa’.