Raġel li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol għadu kif ġie illberat mill-akkużi miġjuba kontrih wara li ħabat f’karozza u baqa’ sejjer fuq il-prinċipju legali tal-preskrizzjoni.
Simeon Nikolaw Darakhiev, Bulgaru minn San Pawl Il-Baħar kien akkużat b’hit and run fuq karozza oħra fil-Qawra wara li l-pulizija identifikawh kameras tas-sigurtà. Madwar ġimgħa wara Darakhiev kien mitlub jinżel l-għassa iżda meta wasal l-uffiċjali tal-pulizija nnutaw li kien qed jaġixxi b’mod erratiku u ssupettaw li kien qiegħed taħt l-influwenza tal-alkoħol.
Darakhiev kien akkużat li kkawża ħsara lill-karozza ta’ terzi peruni waqt li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol u talli rrifjuta jieħu test tal-breathalyzar meta kien mitlub mill-uffiċjali tal-pulizija. Id-difiża mmexxija mill-avukat David Bonello kkontesta l-verżjoni tal-pulizija apparti kwistjoni oħra ta’ proċedura legali.
Fl-akkużi miġjuba kontra l-imputat il-pulizija semmew biss il-ġurnata tal-allegament inċident filwaqt li nkludewx id-data li l-akkużat kien mitlub jinżel l-għassa tal-pulizija. Dan wassal għal emendi fl-akkużi li jirrikjedi li l-akkużat jiġi notifikat għal darb’ oħra bl-akkużi emendati.
Uffiċjali tal-korp pruvaw jinnotifikaw lill-imputat bl-akkużi l-ġodda iżda minkejja dan, l-avukat tad-difiża oppona u l-Maġistrat Grazio Mercieca ddeċieda li Darakhiev għandu jiġi notifikat skont il-proċedura.
Ħafna dewmien kien ikkawżat minħabba li l-kawża kellha tiġi ppresedutha quddiem Imħallef u mhux Maġistrat u sakemm il-każ ġie assenjat lil Maġistrat Simone Grech, l-akkużat Simeon Nikolaw Darakhiev ġie illiberat minn kull akkuża.
Sakemm il-proċess normali ta’ notifikazzjoni wasal fi tmiemu laħqu għaddew sentejn minn meta seħħ l-inċident u b’hekk l-att kriminali laħaq ġie preskritt.