Il-mexxejja Ewropej qablu mal-proposta ewlenija ta’ Malta dwar il-ftehim mal-Libja hekk kif ġiet fi tmiemha l-ewwel sessjoni tas-summit informali wara biss siegħa. Il-mexxejja appoġġjaw il-ftehim li sar bejn l-Italja u l-Libja lbieraħ bl-għan ewlieni tiegħu ikun li jitnaqqas l-influss tal-immigranti miċ-ċentru tal-Mediterran u jitkisser iċ-ċirku ta’ traffikanti tal-bnedmin.
Fi Strasburgu, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien propju tkellem favur ftehim simili għal dak mat-Turkija, biex illum il-mexxejja qablu mal-ftehim mal-Libja imsejjes fuq dak li propju propona Muscat. Dan il-ftehim se jkun qed jiffoka fuq żieda fil-fondi u t-taħriġ għall-awtoritajiet Libjani biex ikunu jistgħu ikissru ċ-ċirku ta’ traffikanti ta’ bnedmin kif ukoll iżidu l-kooperazzjoni fuq il-baħar.
Malta declaration on migration adopted by the 28 EU leaders: https://t.co/vpyhBg7FP7 #MaltaSummit pic.twitter.com/nVYH5Y7uXp
— Donald Tusk (@eucopresident) February 3, 2017
Dan ifisser li s-summit f’Malta wassal għal riżultati tanġibbli, realtà ta immigrazzjoni li ma kinitx indirizzata qabel fic-centru tal mediterran.
Din hija l-istqarrija maħruġa mill-Kunsill Ewropew, stqarrija li tinkludi d-dettalji dwar l-istess ftehim.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/02/PRESS-RELEASE.pdf” title=”PRESS RELEASE”]