“Ninsabu tnax-il jum qabel il-Presidenza u għalekk irridu nagħmlu xi konklużjonijiet. Din il-Presidenza serviet bħala opportunità għall-pajjiż biex nibnu l-abbiltajiet li bħala pajjiż ma kellniex.” Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Spjega kif għandna nies li bnew relazzjoni professjonali ma’ nies oħra u ma jkunx denju li jintilef dak kollu li diġà nbena. Muscat qal li din hi sfida għaż-żmien li ġej u li jemmen li bħala korpi kostitwiti u bħala Gvern, dak li nkiseb se jkomplu jibnu fuqu.
Il-Prim Ministru tkellem dwar l-irwol il-ġdid tal-MEUSAC fejn il-fatt li issa din hi aġenzija, ma jfissirx li kollox hu solvut iżda kollox se jkun qedj iġi indirizzat fuq bażi kollettiv. Sostna li l-fatt li l-Ministeru għal-UE għandu f’idu d-djalogu soċjali ukoll u għalekk se jkollna okkażjoni tajba għal sinerġiji.
Iċ-Chairperson ta’ MEUSAC, Vanni Xuereb qal li l-Ministeru għall-Finanzi ħabbar ir-relaunch ta’ MEUSAC bħala entità pubblika fil-baġit li għadda fejn din se tkun qed tissaħħaħ aktar bħala aġenzija. Hi ġiet stabbilita fit-30 ta’ Mejju u se tkun qed tibda tinteressa ruħha f’proġetti Ewropew.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali, Aaron Farrugia qal li s-suċċessi tal-Presidenza għandhom ikunu trattati fiż-żmien li ġej. Farrugia sostna li l-Prim Ministru se jkun qed iżomm kelmtu f’dan ir-rigward fejn se jżomm kuntatt qabet summit importanti li se jsir fi Brussell dwar Brexit.