Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed tkun analizzata minn għadd ta’ ġurnali barranin li fl-aħħar jiem taw il- verdett tagħhom dwar dak li nkiseb tul is-sitt xhur li Malta għamlet fit- tmun. Ż̇ewġ ġurnalisti influwenti bbażati Brussell li jaħdmu ma’ tnejn mill-iktar aġenziji importanti għar-rapportaġġ dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal- Unjoni Ewropea, kellhom opinjonijiet ċari ħafna dwar il-Presidenza Maltija.
Jacopo Barigazzi, ġurnalist tal-Politico, iddeskriva l-Presidenza Maltija tal- Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala waħda li tat ir-riżultati. “Bdiet b’allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minħabba l-Panama Papers u l-kwistjoni dwar il-bejgħ tal-passaporti, iżda fl-aħħar mill-aħħar anke l-ikbar kritiċi jamettu li din hi Presidenza li tat ir-riżultati,” sostna Barigazzi. Fost oħrajn semma l-ftehim dwar l-aġenzija għall-ażil u l- visas għall-Georgia u għall-Ukrajna, l-uffiċju tal-prosekutur Ewropew u sistemi ta’ awtorizzazzjoni b’rabta mal-ivvjaġġar bħala eżempji varjati ta’ fejn Malta ħalliet ir-riżultati.
Dann Kemp, ġurnalist tal-AFP qal li Malta għamlet biċċa xogħol tajba meta mbuttat leġiżlazzjoni kruċjali żmien li l-Unjoni Ewropea għandha għadd kbir ta’ sfidi diviżivi. “L-uniku difett żgħir kien l-elezzjoni nazzjonali li setgħet naqset xi ftit l-attenzjo
ni tal-Gvern u l-allegazzjonijiet dwar taxxa. Imma mill-ikel organiku, sal-enerġija u s-servizzi nanzjarji għaddew kwistjonijiet ta’ valur. Minn aspett ta’ midja sibna Presidenza proattiva u koperattiva ħafna meta ġiet biex iżommna infurmati. Għal dak aħna grati ħafna,” qal Kemp.
Mistoqsi dwar is-sehem tal- Prim inistru Joseph Muscat fit-tmun tal-Presidenza Ewropea, il-ġurnalist Barigazzi ddeskrivih bħala effettiv .
“Ta l-impressjoni li qed jistudja għal xi rwol Ewropew, xi darba fil-ġejjieni, u mhux jien biss ħadt din l-impressjoni,’ kompla jgħid f’dikjarazzjoni xhieda tal-impatt ċar li ħalla Joseph Muscat.
Opinjoni ara dwar Joseph Muscat ukoll mill-ġurnalist tal-AFP.
Innota kif għen biex tiżdied il-viżibilità tal-Presidenza anke billi kien attiv fi kwistjonijiet li mhux neċċesarjament għandhom x’jaqsmu mal-Presidenza. “L-aqwa eżempju ta’ dan kien dwar Brexit, meta Muscat ma beżax jagħti opinjonijiet b’saħħithom dwar il-ħtieġa ta’ għaqda fost is-27 pajjiż l-ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-ħtieġa li r-Renju Unit ma jistax ikollu l-kejk u jieklu waqt in-negozjati, qal Kemp li tenna kif Presidenti oħra tal-Kunsill kienu iktar newtrali u kawti f’ ċirkostanzi bħal dawn. Naħseb kienet strateġija tajba ta’ Muscat,”qal Kemp.
Mistoqsi liema kienet l-ikbar kisba tal-Presidenza Maltija, il-ġurnalist tal-Politico semma’ l-EPP, l-uffiċju tal-Prosekutur Ewropew. “Dan anke jekk Malta mhix parti minnu. Għadu mhux dak li l-prosekuturi kontra l-mafja kienu qed joħolmu dwaru, li jkun hemm uffiċċju ta’ prosekutur Ewropew madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Imma huwa pass importanti ħafna f’żewġ direzzjonijiet il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-bini ta’ isti- tuzzjonijiet Ewropej li ilna noħolmu dwarhom,” sostna Barigazzi.
Dwar dan is-suġġett il-ġurnalist tal- AFP semma li l-ikbar kisba tal-Presidenza Maltija kien il-fatt li żammet l-għaqda dwar il-bidu tan-negozjati fuq Brexit. Qal li din kienet kwistjoni li setgħet wasslet għal konfużjoni. “Iżda minflok kien hemm pożizzjoni soda tas- 27 pajjiż u bidlu formali għat-taħdidiet filwaqt li l-Brittani kienu maqsuma,” qal Kemp.