Il-Presidenza Maltija se tkun waħda mill-iktar importanti f’dawn l-aħħar 40 sena, għax Malta għandha l-għarfien meħtieġ fl-isfond tal-immigrazzjoni rregolari.
Hekk stqarr il-Kummisarju Ewropew Dimitris Avramopoulos waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru għall Intern Carmelo Abela. Il-Ministru Abela qal li trid tingħata aktar importanza lejn ir-rotta bejn il-Libya u l-Italja. Tkellem ukoll dwar is solidarjetà flessibli u kif din għadha tkun attwata fuq livell Ewropew, anke fejn jidħol l-ażil.
Il-kummisarju Ewropew qal li l-Presidenza Maltija se jkollha sfida fejn jidħlu l-immigrazzjoni, is-sigurtà u anke fruntieri.
Wieghed li l-UE se tkun qed tagħti l-appoġġ kollu lil pajjiżna.