“Inkomplu naħdmu għal Ewropa aktar sikura għaċ-ċittadini tagħna. Determinati li nibqgħu nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra l-użu tal-internet mit-terroristi biex ixerrdu l-messaġġ tagħhom”.
Hekk stqarr il-Minsitru għall-Intern Carmelo Abela. F’isem il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jinsab f’Kalifornja, l-Istati Uniti, biex flimkien mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Affarijiet Interni, Dimitris Avramopoulos, jiltaqa’ mal-ogħla uffiċjali ta’ kumpaniji Amerikani ewlenin tal-Internet.
F’Silicon Valley u f’San Francisco illum qed isiru taħditiet mal-Google, mal-Facebook, u mat-Twitter bl-iskop li tintensifika l-ħidma biex jitħassar il-kontenut tat-terroristi minn fuq l-internet. Dan filwaqt li jkun hemm iktar kontenut pożittiv li jikkumbatti jew ixejjen messaġġi propagandistiċi ta’ min qed jhedded is-soċjetajiet tagħna.