Il-kriżi tal-migrazzjoni u t-tisħiħ tas-sigurtà fl-Ewropa kienu t-temi ewlenin ġew diskussi f’laqgħa bilaterali li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, kellu mal-Ministru l-ġdid tal-Intern tar-Repubblika Taljana, Marco Minniti.
Il-laqgħa saret fil-Ministeru, il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2017 u kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha li kellu l-Ministru Abela minn mindu, fl-ewwel tas-sena, Malta ħadet il-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-UE.
Il-Ministru Abela qal li, fl-irwol tiegħu ta’ President tal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni tal-UE, jagħraf li l-futur tal-Unjoni Ewropea jiddependi mid-deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-preżent mill-Istati Membri fuq il-migrazzjoni.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Minniti esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-kooperazzjoni eċċellenti li teżisti bejn iż-żewg pajjiżi ġirien,li għandhom l-istess għanijiet fuq diversi materji. Qal li, għalhekk, fl-oqsma tal-
Filwaqt li ta rendikont tas-sitt prijoritajiet ewlenin tal-
Bħala pajjiż tal-fruntiera, pajjiżna ilu snin twal milqut direttament mill-fenomenu tal-migrazzjoni u mill-isfidit
F‘dawn l-aħħar snin kien hemm tibdil fir-rotot tal-migrazzjoni li wassal biex pajjiżi li qatt makienu messew ma’ din l-isfida, illum jinsabu milquta wkoll. “Il-migrazzjoni llum m’hijiex problema ta’ ftit pajjiżi fil-Mediterran, imma tal-Ewropa kollha, u kulħadd irid jagħti s-seħem tiegħu,” enfasizzaw iż-żewġ ministri. Il-Ministri Abela u Minniti
Il-Ministru Minniti laħaq Ministru tal-Intern tal-Italja x-xahar li għadda u jifforma parti mill-gvern Taljan il-ġdid immexxi minn Paolo Gentiloni. Din kienet l-ewwel żjara tiegħu f’Malta, li ħadet biss ftit sigħat u li l-għan tagħha kien proprju l-laqgħa mal-Ministru Abela.