Hija tradizzjoni ta’ kull Presidenza li tagħti tifkira tal-pajjiż lid-delegati minn membri stati oħra. Fost oħrajn s’issa ġew prodotti madwar 26,000 ingravata u 14,000 xalpa li ħafna minnhom qed jintlibsu wkoll mill-uffiċjali tal-Presidenza Maltija.
Imnebbħa minn mid-disinn tal-emblema tal-Presidenza Maltija fejn jispikka s-salib ta’ Malta kienu d-disinjaturi ta’ Charles & Ron li ħadmu fuq din it-tifkira li ntgħoġbot minn bosta .
“Ridna xi ħaġa moderna imma li tintlibes,” sostna Ron, wieħed mill-istilisti ewlenin ta’ Charles & Ron dwar l-ingravata u x-xal- pa li qed jingħataw bħala rigali lid-delegati u lill-Ministri fost oħrajn, għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. “Ħafna drabi dawn it-tip ta’rigali li ma tantx jintlibsu allura aħna ridna xi ħaġa li vera tintlibes u naħseb li ħareġ tajjeb,” qal Ron Van Maarschalkerweerd Borg. Fisser kif l-ingravata u x-xalpa tal-ħarir huma frott xhur ta’ ħidma li tmur lura għal Awwissu 2016.
“Ovvjament aħna ma naħdmux waħedna, hemm jien u Charles, qegħdin tim fejn għandna l-Carlton Agius li huwa graphhic designer li jaħdem magħna u ovvjament bdejna bl-ideat, ħafna drabi jien naħdem bil-lapes, old school, l-isketches jibdew minn hemm, imbagħad minn hemm evolvew għal grafiċi li jsiru fuq il-kompjuters żied jgħid id-disinajtur.
Il-kuluri magħżula jirrappreżentaw tliet temi: l-ikħal jirrappreżenta l-Mediterran, l-aħmar jirrappreżenta l-bandiera Maltija filwaqt li t-turquoise jirrifletti l-emblema tal-Presidenza. Ron sostna li għalkemm intgħoġbu ħafna u kien hemm domanda wkoll ta’ xiri, jidher li dawn se jibqgħu esklussivament rigal għall-Presidenza.
L-istlisti qalu ukoll li ma joħduhiex bi kbira li ftit taż-żmien ieħor wara li jkunu għaddew dawn is-sitt xhur ikun hemm min jibda jilbishom biex joħroġ bihom għaliex il-kuluri li għandhom jaqblu ma’ diversi ħwejjeġ.