Il-President tal-Ukrajna rringrazzja lill-mexxejja tal-Punent tal-appoġġ militari li pprovdew sabiex jgħinu fil-ġlieda kontra r-Russja iżda qal li jridu jaslu b’mod immedjat.
Fl-indirizz tiegħu li sar filgħaxija, Volodymyr Zelensky, ħeġġeġ ukoll lill-Punent biex jibgħatu missili u ajruplani militari.
Il-messaġġ tiegħu sar wara li l-Istati Uniti u l-Ġermanja ħabbru li se jkunu qed jibgħatu tankijiet tal-gwerra lejn l-Ukrajna.