“Huwa biss billi nirrikonoxxu d-diversità li nistgħu nieħdu pożizzjoni attiva favur l-inklużjoni u l-emanċipazzjoni tal-elementi kollha tas-soċjetà.”
Dan intqal mill-President ta’ Malta, George Vella, fl-indirizz tiegħu lill-Kapijiet ta’ stat u lill-mexxejja ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-World of Work Summit, bit-tema, Social Justice for All, organizzat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-ILO, f’Ġinevra, l-Iżvizzera.
Il-President Vella qal li, biex kulħadd ikun jista’ jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, iridu jsiru l-isforzi kollha biex jiġu żgurati d-drittijiettal-bniedem.
Huwa tkellem ukoll dwar ir-rwol kruċjali tan-nisa fis-soċjetà.
Il-President Vella kellu laqgħa ma’ Gilbert Houngbo, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, kif ukoll ma’ Filippo Grandi, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati.
Kellu wkoll laqgħat separati mal-Prim Ministru tal-Bangladesh, Sheikh Hasina, u mal-Prim Ministru tat-Tuneżija, Najla Bouden.



