Kmieni l-Erbgħa filgħodu, il-President Malti George Vella flimkien ma’ martu Miriam, telqu minn xtutna biex jattendu għaċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth.
F’dawn il-logħob tal-Commonwealth li din is-sena se jsiru f’Birmingham fir-Renju Unit, hemm disgħa u għoxrin atleta li se jkunu qed ixejru l-bandiera Maltija.
Filfatt, il-President u martu ltqagħu ma’ dawn l-atleti lejlet iċ-ċerimonja tal-ftuħ, u kif ukoll mistennija jsegwu xi sessjonijiet ta’ taħriġ tal-atleti Maltin.
Hu awguralhom kull suċċess u faħħar id-dedikazzjoni flimkien mal-impenn tagħhom lejn id-dixxiplina sportiva li jipprattikaw.
Apparti l-atleti, il-President Malti radd ħajr għax-xogħol li jagħmlu l-managers u t-trainers li jaħdmu mal-atleti biex iħarrġuhom u jwassluhom għal avvenimenti sportivi bħal dawn.