Il-President Ukren Volodymyr Zelensky jinsab f’Ruma fejn hemmek huwa se jiltaqa’ mal-Kap tal-Knisja Kattolika, Papa Franġisku.
Zelensky iddeskriva din iż-żjara bħala pass ieħor ‘il quddiem biex l-Ukrajn tirbaħ il-gwerra.
Zelensky se jiltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Italja, Giorgia Meloni u l-President Sergio Mattarella.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif f’Ruma u l-Istat tal-Vatikan hemm sigurtà massima, b’aktar minn elf pulizija huma stazzjonati fit-toroq u l-ebda ajruplan ma jista’ jtir fuq Ruma.
Minn mindu faqqgħet il-gwerra, Papa Franġisku f’kull okkażżjoni li kellu talab għall-paċi fid-dinja, b’mod partikolari fl-Ukrajna.
Din se tkun l-ewwel darba li Zelensky u l-Papa se jiltaqgħu minn mindu bdiet il-gwerra fl-2022.
Today in Rome. I’m meeting with President of Italy Sergio Mattarella, Prime Minister of Italy @GiorgiaMeloni and the Pope @Pontifex. An important visit for approaching victory of Ukraine! 🇮🇹🤝🇺🇦🤝🇻🇦
— Володимир Зеленський (@ZelenskyyUa) May 13, 2023