L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal l-President Ukren Volodymyr Zelensky huwa mistenni jindirizza lill-Parlament Malti fis-seduta ta’ nhar it-Tlieta li ġej għall-ħabta tal-4pm. Huwa kien qed jitkellem waqt imntervista fuq ix-xandir nazzjonali.
Dan id-diskors mistenni jagħmlu f’kuntest tal-gwerra li hemm fl-Ukrajna, li bdiet fl-aħħar ta’ Frar li għadda.
Kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Ian Borg, li x-xahar li għadda, f’telefonata mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dymtro Kuleba, talab sabiex il-President Ukren jikkunsidra li jindirizza lill-Parlament Malti.