Il-President Ukren Volodymyr Zelensky indirizza lill-Parlament Ewropew fi Brussell. Huwa ngħaqad b’mod virtwali minn Kyiv.
Zelensky qal li l-attakki bil-missili fuq it-tieni l-akbar belt Ukrena Kharkiv, qatlu lil numru ta’ nies. Huwa tenna li dan hu l-prezz li qed tħallas l-Ukrajna għal-libertà.
Il-President Ukren akkuża lir-Russja li għandha l-mira li toqtol tfal Ukreni. Fil-fatt qal li 16-il tifel u tifla nqatlu lbieraħ.
Bosta membri parlamentari Ewropej libsu flokkijiet bil-bandier tal-Ukrajna fuqu bil-kliem ‘aħna flimkien mal-Ukrajna’ taħtha.