Illum, il-President Ukren Volodymyr Zelensky iffirma digriet sabiex iżid l-armata tiegħu b’100,000 suldat fuq tliet snin kif ukoll iżid il-pagi tas-suldati.
Zelensky qal li hu ordna din iż-żieda mhux għall-fatt li l-Ukrjana se tkun fi gwerra, imma biex fiż-żmien li ġej u lil hinn tirrenja l-paċi fil-pajjiż.
Il-forzi armati tal-Ukrajna jammontaw għal 250,000 filwaqt li dawk Russi jammontaw għal 900,000.
Ir-Russja bħalissa għandha mal-100,000 suldat fil-fruntiera mal-Ukrajna, minkejja li ċaħdet li għandha pjanijiet li tinvadi.