Il-President Ukren, Zelensky qed jistenna “aħbarijiet tajbin” dwar il-provvista ta’ armi mill-Punent il-ġimgħa d-dieħla.
Fl-indirizz li jagħmel kull filgħaxija, Zelensky ammetta li s-sitwazzjoni f’Donbas u f’partijiet fir-reġjun ta’ Kharkiv qed ipoġġi sfidi kbar għall-armata Ukrena.
Huwa akkuża wkoll lill-forzi Russi li qed ixekklu t-tluq tal-Ukreni minn partijiet fir-reġjun ta’ Kherson fin-naħa t’isfel tal-Ukrajna.
Sadanittant, għaddej ġlied kbir fir-reġjun ta’ Luhansk.
Qed jingħad li l-isptarijiet fil-Krimea mhux jaċċettaw nies biex iżommu s-sodod għal suldati Russi li jindarbu fil-gwerra.