Dawn l-24 siegħa huma kruċjali għall-Ukrajna.
Tenna dan il-President Ukren Volodymyr Zelensky f’komunikazzjoni li kellu mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson. Dan tal-aħħar wiegħed li se jkompli jagħti appoġġ lill-forzi Ukreni billi jibgħat aktar għajnun militari.
Intant, midja Ukrena qed tirrapporta li truppi mill-Belarus huma mistennija li jaslu fl-Ukrajna kmieni dalgħodu.
Fil-fatt il-gazzetta The Kyiv Independent qalet li skont numru ta’ sorsi li għandha, Belarus se tibgħat mal-45,000 suldat fiż-żoni tal-kapitali Kyiv u Zhytomyr.
Intant, il-midja tal-oppożizzjoni fil-Belarus nediet kampanja kontra l-invażjoni Russa fl-Ukrajna. Saħansitra anke eks kmandant tal-ajru tal-Belarus, ħeġġeġ lit-truppi kollha tal-Belarus ma jobdux ordnijiet illegali, li jwasslu għal gwerra kontra n-nazzjon Ukren.