Il-President Ukren Voldymyr Zelensky sostna kif s’issa ma ra ebda tneħħija ta’ truppi Russi minn mal-fruntieri tal-Ukrajna.
Dan wara li r-Russja sostniet li neħħiet xi truppi mill-mija u ħamsin elf suldat li kellha stazzjonat.
Il-Kap tan-NATO Jens Stoltenberg qal li s’issa ma ra ebda tnaqqis fis-serjetà tal-każ fejn ir-Russja qed tkompli żżid il-forzi militari.
Il-Ministri tad-Difiża tan-NATO se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu fid-dettal it-theddida ta’ invażjoni Russa.
It-Tlieta is-siti diġitali tal-Minsiteru għad-Difiża tal-Ukrajna kif ukoll żewġ banek ġew attakkati virtwalment.
Intant l-Ukrajna mmarkat jum ta’ għaqda wara li rapporti nnuttaw il-possibiltà li r-Russja jaf tattakka llum.