Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky qal li r-Russja bdiet tattakka lir-reġjun Donbas, fil-Lvant tal-Ukrajna.
Moska bbombardjat bliet f’dan ir-reġjun b’rokits u nar tal-artillerija.
F’indirizz fuq il-midja, Zelensky qal li l-battalja għal Donbas bdiet ukoll.
Dan l-attakk ilu antiċipat wara li r-Russja falliet milli tieħu taħt idejha kompletament l-kapitali Kjiv.
Fil-bidu tal-gwerra, l-għanijiet tar-Russja dehru li kienu li tieħu taħt idejha bliet ewlenin fl-Ukrajna, u li twaqqa’ l-Gvern tal-pajjiż.
Iżda wara li sabet reżistenza qawwija, uffiċjali tad-difiża Russi qalu li l-għanijiet prinċipali tar-Russja twettqu fl-ewwel fażi tal-operazzjoni, tant li l-forzi Russi tbiegħdu mill-kapitali Kjiv.
Issa l-attenzjoni qiegħda fuq l-invażjoni f’Donbas – reġjun li n-nies fih jitkellmu bir-Russu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI