Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Sur Edgar Preca, żaru l-gżira t’Għawdex bħala parti mill-Istrina f’Għawdex. Il-President u s-Sur Preca żaru l-ibliet u l-irħula tax-Xagħra, Nadur, Xewkija u San Lawrenz.
Fiż-żjarat tagħhom, il-koppja ltaqgħu ma’ diversi għaqdiet li jiffurmaw parti mill-komunitjiet Għawdxin flimkien ma’ numru ta’ individwi li jorganizzaw attivitajiet bil-għan li jiġbru u jippreżentaw id-donazzjonijiet tagħhom b’risq l-Istrina.
L-Istrina f’Għawdex tkompli llum, hekk kif il-President u s-Sur Preca ser iżuru s-Sannat, Kerċem, ir-Rabat, l-Għasri, Għajnsielem u l-Qala.