Il-President ta’ Malta, George Vella u s-Sinjura Miriam Vella ħallew Malta dalgħodu għal żjara fir-Renju Unit.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President, fejn intqal li huwa ġew mistiedna biex jattendu għall-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla, f’Westminster Abbey, f’Londra.
Il-President Vella se jattendi, fost oħrajn, għal avveniment mal-kapijiet tal-Pajjiżi tal-Commonwealth ad unur tar-Re Karlu III organizzat mis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth f’Marlborough House u għal avveniment għall-mistednin tal-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla fil-Palazz Buckingham.
Sakemm il-President Vella se jkun fir-Renju Unit, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar it-Tnejn, 8 ta’ Mejju 2023.
Intant, nhar is-Sibt li ġej, fil-jum tal-Inkuranazzjoni tar-Re Karlu III, l-istazzjon ONE se jxandar programm speċjali, li se jibqa mill-10am ‘il quddiem.