Il-President ta’ Malta flimkien ma’ martu għażlu li jagħmlu kwarantina b’mod volontarju wara li saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar it-Tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-President intqal kif f’dawn iċ-ċirkustanzi, illum għamlu swab test li rriżulta negattiv iżda ddeċidew li xorta waħda li jagħmlu kwarantina bħala miżura ta’ prekawzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istqarrija spjegat kif saru arranġamenti biex l-appuntamenti uffiċjali tal-President jitmexxew għal jiem oħra jew isiru xort’oħra.