Il-President ta’ Sri Lanka, Gotabaya Rajapaksa u l-Prim Ministru Ranil Wickremesinghe mistennija jirriżenjaw mill-karigi ripsettivi fil-jiem li ġejjin.
Dan minħabba għadd ta’ protesti li saħansitra ħakmu r-residenzi tagħhom kawża tal-kriżi ekonomika li l-pajjiż jinsab fih.
Fil-fatt kienu eluf li ħakmu l-belt kapitali Colombo jitolbu għar-riżenja tat-tmexxija tal-pajjiż.
Fost l-oħrajn, il-protestani jrnexxilhom jidħlu fil-Palazz Presidenzjali b’filmati ta’ uħud minn dawk preżenti jgħumu fil-pool tar-residenza filwaqt li oħrajn taw in-nar lir-residenza tal-Prim Ministru. It-tnejn li huma ma kinux fir-residenzi tagħhom waqt dawn il-protesti.
L-Ispeaker tal-Parlament qal li l-Preisdent ħa d-deċiżjoni li jirriżenja mill-kariga tiegħu sabiex jagħmel ċert li jkun hemm tranżazzjoni xierqa tal-poter filwaqt illi ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jirrispetta l-liġi.
L-aħbar tar-riżenja ta’ dawn iż-żewġ membri importanti fit-tmexxija tal-pajjiż kienet milqugħa b’ċelebrazzjonijiet madwar il-kapitali.