Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta tħabbar li l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono se tattendi għall-funeral tal-Papa Franġisku, li se jsir nhar is-Sibt filgħodu.
Mad-delegazzjoni se jkun hemm il-Prim Ministru Robert Abela.
Ġie spjegat li l-istedina tal-Vatikan għal delegazzjoni Maltija hi miftuħa għall-ħames persuni.
Flimkien mal-President Spiteri Debono se jkun hemm ukoll żewġha Anthony Spiteri Debono, il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.