Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan akkuża lill-Unjoni Ewropea li qed taħli l-ħin lit-Turkija, u qal li jkun aħjar jekk taqbad u tgħid li l-pajjiż ma jistax ikun aċċettat bħala membru.
Dan filwaqt li tenna li t-Turkija huwa pajjiż b’saħħtu biex iqum fuq saqajh.
Huwa ċaħad li arresta mal-mija u ħamsin ġurnalist, u sostna li fil-ħabs hemm biss żewġ ġurnalisti.
Minkejja dan, it-Turkija qed iżżomm arrestati lid-Direttur tal-Amnesty International flimkien ma’ disa’ oħra.
Dawn l-għaxar persuni huma akkużati li huma membri ta’ gruppi terroristi.
L-arresti qanqlu sens ta’ biżà li taħt il-President Erdogan qed tkun imxekkla l-espressjoni ħielsa.