Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca flimkien mar-raġel tagħha Edgar Preca jinsabu f’Londra fejn se jkunu qed iżuru lil pazjenti Maltin li qed jingħataw il-kura fir-Renju Unit. Il-President bdiet iż-żjara tagħha fl-isptar Great Ormond Street.
Missier iċ-ċkejkna li tidher f’dan ir-ritratt, poġġa r-ritratti tat-tifla tiegħu fuq facebook, ritratt li juri t-tbissima liema bħalha li kellha fuq fommha hekk kif iltaqgħet mal-President. Spikkaw il-kummenti ta’ kuraġġ tal-qraba u l-ħbieb fuq dawn ir-ritratti biex quddiem mumenti diffiċli jibqgħu sodi.
Il-President Marie Louise Coleiro Preca mistennija żżur ukoll il-qraba tal-pazjenti fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Sutton.