Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-kamp tar-refuġjati Al-Za’atari tal-UNHCR waqt iż-żjara tagħha fil-Ġordan.
Dan huwa kamp li għandu poplazzjoni ta’ 80,000 u li x-xahar li għadda żaru l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Wara li ngħatat spjegazzjoni ta’ kif jopera l-kamp, il-President ltaqgħat ma’ tfal refuġjati.