Minkejja x-xita u l-maltemp, il-President Marie Louise Coleiro Preca baqgħet tiffirma l-awtografi u tiltaqa’ mal-Maltin u t-turisti quddiem il-Palazz fil-Belt Valletta.
Il-President kienet qed tiffirma l-ktieb tar-riċetti “Tisjir mill-Qalb” li jinkludi riċetti miġbura minn wieħed mill-eqdem kotba Maltin tat-tisjir, ippubblikat fl-1894. Il-ktieb, bl-isem ta’ Ctieb tal Chcina, huwa l-ewwel ġabra ta’ riċetti miktuba bl-ilsien Malti, li l-qliegħ tiegħu se jmur għal Malta Community Chest Fund.
Iżda sorpriżi kienu dawk li huma u jħaffu biex ma jixxarbux bix-xita raw il-President ta’ Malta li baqgħet tifraħ b’kull min xtara ktieb minkejja t-temp ikrah. Ġest li kien apprezzat ferm mill-pubbliku, tant li serva wkoll biex turisti li minkejja mhumiex midħla tal-Malta Community Chest Fund, waqfu biex jixtru dan il-ktieb bil-verżjoni Ingliża.