Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret l-attività “Movember Shave Off” organizzata minn Jacob Cachia, Ian Cochrane and Survivors Malta.
Din l-attivtà saret f’Antonio’s Barbershop f’Ħal Balzan. Hija attività immirata lejn il-ħolqien ta’ kuxjenza dwar il-kanċer fil-prostata u t-testikoli, flimkien ma’ forom oħra ta’ mard li jolqot lill-irġiel.
Grupp ta’ nies iltaqgħu biex iqaxxru l-leħja u jħallu l-mustaċċi. Għal dawk in-nisa li attendew, minflok neħħew il-leħja, pinġew mustaċċi bil-kontra, għax minflok neħħew il-leħja, pinġew il-mustaċċi, grazzi għal makeup artists professjonali.
Waqt din ix-shave-off ingħataw rigali imma kienu wkoll aċċettati donazzjonijiet b’risq il-grupp stess u b’risq l-organizazzjoni non-governattiva Survivors Malta. Dawn il-fondi se jintużaw għal proġetti futuri u inizjattivi relatati.
F’dan ir-ritratt jidher Jacob Cachia, tfajjel li meta kellu 15-il sena kien qed jistudja għall-O’Levels bħall-maġġoranza tan-nies tal-età tiegħu. Iżda wara li beda jsofri spiss minn uġigħ ta’ ras qawwi, spiċċa qatta’ ħames xhur l-isptar u għadda minn tliet operazzjonijiet maġġuri f’moħħu.
Iż-żagħżugħ kuraġġuż irenxxilu jgħid, u flimkien ma’ familtu jixtieq jgħin lill-ħaddieħor.