Wara li sellmet lill-Papa Franġisku, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, ONE News tkellem mal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
Fil-kumment ma’ crew ta’ dan l-istazzjon mill-Vatikan, il-President, li qed tmexxi d-delegazzjoni Maltija, qalet li din hi żjara ta’ dover.
Naraw x’qalet il-President Myriam Spiteri Debono.
“U aħna qegħdin hawnhekk li tikkunsidra b’rispett, dejjem, imma b’dover ukoll biex nuru li pajjiżna, lil dan il-bniedem, li ġie fostna, kien jirrispettah u għandu mhux pajjiżna biss, id-dinja għalfejn tirrispettah, għaliex il-Knisja ta bixra ġdida, fejn dak li hemm fl-iskuttura, dak li prietka Ġesu’, l-imħabba, dan fetaħ il-bieb għaliex għamililna Knisja li taċċetta lil kulħadd.”
Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono