Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca llum ltaqgħet ma’ Claudia Faniello, il-kantanta li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Il-President ferħitilha għas-suċċess li kisbet u xtaqitilha r-risq fil-konkors tal-Eurovision Song Contest li se jkun qed jittella’ f’Kiev f’Mejju li ġej.
Faniello kienet akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS, John Bundy, id-Deputat Kap Eżekuttiv Charles Dalli, is-Segretarja tal-Produzzjoni Doreen Cortis u l-awturi tal-lirika u mużika tal-kanzunetta “Breathlessly, Philip u Sean Vella.