Ewropej minn madwar id-dinja mhux se jkunu jistgħu jimxu fit-toroq b’rashom mistrieħa jekk se jibqgħu bl-istess mentalità dwar it-Turkija, qal dan il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan.
It-Turkija bħalissa tinsab f’battibek diplomatiku mal-Ġermanja u l-Olanda wara li pprojbixxu lill-uffiċjali Torok milli jikkampanjaw b’turija ta’ appoġġ għal referendum f’April dwar iż-żieda fis-saħħa tal-President Tork, irrapporta dan l-Independent tal-Ingilterra.
“Jekk l-Ewropa se tkompli timxi fuq dawn il-passi, l-ebda Ewropew li jinsab madwar id-dinja m’hu se jkun b’moħħu mistrieħ jimxi fit-toroq,” qal Erdogan skond l-istess ġurnal.
Żied jgħid li “aħna, bħala Torok, qed ninsitu mal-Ewropa biex jirrispettaw id-drittijiet umani u d-demokrazija.”