Dalgħodu il-President tar-Repubblika tat-Tuneżija Béji Caid Essebsi beda żjara statali ta’ jumejn f’Malta.
Fil-Palazz tal-President ġew iffirmati 5 ftehmiet bejn Malta u t-Tunezija fosthom ftehim għall-iżvilupp tat-tfal f’età bikrija u kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi għall-programm kulturali għas-snin 2019 – 2021.
L-iffirmar sar bejn il-Ministru għall-affarijiet barranin Carmelo Abela u l-Ministru għall-affarijiet barranin ta’ Tuneż.
Il-President ta’ Malta qalet li dan il-ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi huwa pass ‘il quddiem għar-relazzjonijiet bilaterali. Qalet li hija kunfidenti li jkun hemm aktar opportunitajiet ta’ kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess għaż-żewg pajjiżi.
Il-President ta’ Tunez qal li huwa onorat li jinsab Malta. Qal li din hija opportunità sabiex niftakru fir-rabtiet li hemm bejn Tuneż u Malta. Huwa rringrazzja lil Malta talli dejjem appoġġjat lil Tuneż.
Min-naħa l-oħra l-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lill-President Tuneżin Beji Caid Essebsi filwaqt li qal li ż-żewġ pajjiżi huma viċin mhux biss ġeografikamenti imma anke fl-attitudni. Irringrazzjah ukoll għall-kummenti pożittivi favur l-ekonomija Maltija, fejn it-tkabbir ekonomiku huwa riżultat li Malta hija miftuħa għan-negozju.