Il-President tar-Reġjun Tramuntana Clifford Galea tkellem f’sessjoni tal-COP27 fl-Eġittu.
Huwa tkellem dwar il-prattiċita tal-implimentazzjoni ta’ diversi azzjonijiet kontra l-fenominu tat-tibdil fil-klima.
Hawnhekk huwa spjega kif pajjiżna qed jieħu azzjonijiet fosthom b’inċentivi favur l-ambjent, fosthom bl-introduzzjoni ta’ magni tal-iskema tar-rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb u anki permezz ta’ inċentivi sabiex ikun hemm il-qalba għall-vetturi elettriċi.
Galea sostna li l-edukazzjoni tibqa’ l-iżjed importanti għal ġlieda fit-tibdil fil-klima.