Matul il-jum, il-President Taljan, Sergio Mattarella se jkun qed jiltaqa’ mal-eks Kap tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi fejn huwa mistenni li jitolbu biex jifforma Gvern Taljan.
Din it-talba se tkun qed issir wara li l-mexxejja tal-partiti naqsu milli jaqblu dwar koalizzjoni ġdida wara li l-ġimgħa li għaddiet irreżenja l-Prim Ministru Giuseppe Conte.
Il-President Mattarella jappella biex nies denji jersqu ‘l quddiem sabiex jifformaw gvern u jmexxu lill-Italja. Huwa qed jittama li l-gvern il-ġdid ikollu l-appoġġ parlamentari, jekk ma jiġrix hekk l-Italja jkollha tmur għall-elezzjonijiet bikrija li tista’ twassal għal aktar inċertezzi fil-pajjiż.