Dibattitu li kien skedat fl-Università ta’ Malta għal nhar it-Tlieta li ġej inzerta fl-istess ħin ta’ żjara statali li se ssir f’pajjiżna mill-President tal-Ukraina. Għalhekk dalgħodu ġie deċiż li jsir nhar l-Erbgħa 17 ta’ Mejju minflok it-Tlieta 16 ta’ Mejju.
Dan wara li ntlaħaq qbil bejn il-partiti politiċi u l-organizzaturi tal-istess dibattitu, waqt laqgħa li saret dalgħodu fl-Università l-antika.
Kull partit se jkun rappreżentat mill-mexxej tiegħu u d-dibattitu se jkun miftuħ għall-istudenti Universitarji biss. Se jkun ukoll LIVE fuq Facebook. Il-Professur Mario Vassallo rrimarka li dan id-dibattitu se jkun iffokat fuq il-ħajja Universitarja u l-futur tal-istudenti.