Il-President tal-Ukraina, Petro Poroshenko llum beda bl-ewwel żjara statali tiegħu f’Malta fejn din iż-żjara bdiet b’taħdidiet mal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Wara taħdidiet bilaterali iż-żewġ Presidenti indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta.
Din iż-żjara qed titqies bħala waħda sotrika, dan hekk kif din hi l-ewwel żjara tat-tip tagħha li għamel il-President Poroshenko.
Wara l-President tal-Ukraina ltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ Malta , Joseph Muscat. Il-Prim Ministru laqa’ lill-President Ukren fejn wera x-xewqa li fil-futur jsiru taħdidiet biex jaslu għal ftehim ekonomiku.
Fid-dawl li l-Ukraina bħalissa qed tagħmel minn kollox biex tilħaq ir-rekwisti sabiex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, il-President Ukren qal li bħalissa t-tim tiegħu jinsab fi ġlieda kontra l-korruzzjoni
Tul il-jum hu mistenni li jiġu ffirmati tliet Memorandum of Understandings waqt iż-żjara statali tal-President Ukren.