Ġie inawgurat uffiċjalment il-wiċċ tal-grawnds ta’ taħriġ f’Ta’ Qali. Dan tħabbar mill-President tal-UEFA Aleksander Čeferin.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Futbol Bjorn Vassallo spjega kif wara investiment fil-klabbs lokali issa kien imiss li jsir dan l-investiment. Huwa wkoll spjega kif bl-għajnuna tal-Gvern ser jinbena ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Futbol.
Il-President tal-UEFA Aleksander Čeferin laqa’ b’sodisfazzjon l-investiment li qed isir fil-futbol f’pajjiżna.
F’kummenti li ta lil One News huwa faħħar ukoll l-investiment li qed isir fil-futbol anke bl-għajnuna tal-Gvern. Dan anke f’ċentru ġdid għall-futbol.
Dwar il-Premju li tat il-UEFA lit-tim mediku tad-Danimarka li salvaw il-ħajja tal-plejer Christian Eriksen waqt ill-EURO 2020, il-President tal-UEFA qal li kif dan il-każ ixxokkja lid-dinja.
Čeferin qal kif dan l-inċident wera li l-ħajja hija ta prijorità fuq kollox.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela qal kif laqa’ f’Kastilja lill-President tal-UEFA, Aleksander Čeferin, fejn tkellmu dwar il-logħba tal-futbol u r-riformi li qed isiru f’pajjiżna mill-MFA biex tkompli titħeġġeġ l-professjonalità.
Qal kif ftit sigħat qabel il-logħba tal-lejla kontra Ċipru, ma jonqosx l-awguri lit-tmexxija tal-Malta Football Association u lill-plejers tat-tim nazzjonali.