Meta kien qed jitkellem ma’ gazzetta Taljana, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li l-istaġun tal-futbol hemm ċans li jkun mitluf.
Ceferin qal li hemm 3 pjannijiet, possibiltà li jitkompla f’nofs Mejju, fil-bidu ta’ Ġunju jew fl-aħħar ta’ Ġunju. Huwa qal li hemm possibiltà li l-istaġun jerġa’ jibda mill-ġdid, li jfisser li jintilef dan l-istaġun li ntlagħab aktar min nofsu.
Ħafna mill-kampjonati tal-futbol fl-Ewropa jinsabu ssospenduti minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. Barra minn hekk, il-UEFA ħabbret ukoll li l-Kampjonati Ewropew li suppost kellhom isiru fis-sajf li ġej, se jkunu qed isiru fis-sajf tas-sena d-dieħla.