- Żewġ Presidenti f’laqgħa qabel Malta tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Bdiet iż-żjara tal-President tal-Parlament Ewropew Martin Shulz hawn Malta, bl-ewwel laqgħa diġa’ saret mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President, f’San Anton.
Schulz qal li huwa konvint li l-Presidenza Maltija se tkun suċċess u kellu kliem ta’ tifħir għall-Prim Ministru Joseph Muscat, fejn qal li jaf sewwa l-strutturi Ewropej u b’hekk qed jaħdem b’koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea.
Mal-President Marie Louise Coleiro Preca tkellem dwar l-immigrazzjoni u kif fis-sitt xhur tal-Presidenza, Malta tista’ tkompli tindirizza din l-isfida u saħansittra tkompli taħdem biex tinstab soluzzjoni.
Dalwqat mistenni jingħata merħba mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja u jibdew taħdidiet bilaterali.
Wara li jiltaqgħu delegazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi, issir konferenza tal-aħbarijiet konġunta, inidirizzata mill-Prim Ministru Malti u l-President tal-Parament Ewropew. Wara nofsinhar imbagħad se ssir laqgħa mal-Kamra tar-Rappreżentanti.