Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Shulz illum iżur pajjiżna. L-ewwel se jiltaqa’ mal-President Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President, f’San Anton.
Wara jingħata merħba mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja u jibdew taħdidiet bilaterali. Wara li jiltaqgħu delegazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi, issir konferenza tal-aħbarijiet konġunta, inidirizzata mill-Prim Ministru Malti u l-President tal-Parament Ewropew.
Wara nofsinhar imbagħad se ssir laqgħa mal-Kamra tar-Rappreżentanti. Dan is-sit se jkun qed jaġġorna kontinwament.