Il-President tal-MFA, Bjorn Vassallo ltaqa’ mal-President tal-FIFA, Gianni Infantino f’Pariġi, fejn ġie spjegat il-progress tal-futbol Malti.
Hawn ġew diskussi x-xogħolijiet li għaddejja bihom l-MFA, fosthom ir-rnovazzjoni fil-faċilitajiet sportivi u l-bini taċ-Ċentru tal-Futbol Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Min-naħa tiegħu, Infantino tkellem dwar il-programm FIFA Forward 3.0, li se jkopri s-snin 2023 sa 2026.
Permezz ta’ dan il-programm, l-MFA tinvesti b’mod dirett fi proġetti tekniċi, kompetizzjonijiet domestiċi u anke infrastruttura sportiva.
Gie diskuss ukoll il-mandat tal-President Infantino, li huwa mistenni jiġġedded f’Marzu li ġej, kif ukoll l-importanza sabiex il-FIFA tkompli taħdem sabiex tippromwovi opportunitajiet ugwali fil-futbol.
Infantino awgura kull suċċess għal Bjorn Vassallo.
Ritratt: MFA